Il-ġimgħa l-oħra, l-uffiċjali tal-inforzar ta’ Transport Malta intervjenew fuq 76 aċċident li jinvolvu ħabtiet jew ħsarat fil-vetturi.
Qalet dan fuq is-sit soċjali tagħha l-istess awtorità, fejn spjegat li minn dawn kollha, kien hemm ukoll seba’ ħabtiet li involvew persuni li sofrew xi ġrieħi.
Ingħad li l-ħin medju ta’ rispons mill-uffiċjali tal-inforzar kien ta’ inqas minn 14-il minuta.
Filwaqt li appellat lis-sewwieqa kollha biex jibqgħu viġilanti u jsuqu b’mod sigur, Transport Malta ħeġġet biex jiġu rrapportati aċċidenti simili kemm permezz ta’ messaġġ privat jew bl-app apposta TM Alert.