Matthew Zerafa se jinħatar Kap Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tad-Djar.
Għal dawn l-aħħar snin Zerafa ħadem bħala Kap tas-Segretarjat tal-Ministeru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli.
Huwa studja u gradwa b’Baċellerat fir-Relazzjonijiet Internazzjonali fl-Università ta’ Malta, kif ukoll gradwa b’Masters fl-Intelliġenza u Sigurtà fl-Ingilterra, fejn speċjalizza fuq l-Infurzar tal-Entitajiet Pubbliċi f’pajjiżna.
L-istudji tiegħu ffukaw ukoll fuq Geographical Information Systems (GIS) u fuq deċiżjonijiet strateġiċi fi żminijiet ta’ inċertezzi.
Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli feraħ lis-Sur Matthew Zerafa għal din il-ħatra ġdida. Il-Ministru rringrazzja wkoll lis-Sur Leonid McKay tal-ħidma tiegħu matul dawn is-snin li mexxa lill-Awtorità tad-Djar u awguralu wkoll għall-kariga ġdida tiegħu f’entità governattiva oħra.
Ritratt: MSAA