ASA Malta ħabbret li l-captain ta’ San Ġiljan Matthew Żammit se jkun qed jirritorna mat-team nazzjonali tal-waterpolo.
Żammit, magħruf aħjar bħala “Ix-Xellugi” se jkun qed jagħmel ir-ritorn tiegħu mat-team malti wara li sentejn ilu kien ħabbar li se jirtira mix-xena internazzjonali.
L-ewwel impenji għalih se jkunu fil-logħbiet ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej fix-xhur li ġejjin.
Intant dejjem mill-waterpolo lokali tħabbar illum li l-plejer Mattias Azzopardi se jirritorna ma’ Neptunes. Dan wara li l-klabb tal-Balluta wasal fi ftehim mal-klabb ta’ Sirens dwar it-trasferiment tiegħu.