Matthew Vella se jkun is-Segretarju Permanenti ġdid għall-Ministeru għall-Edukazzjoni u l-Isport.
Huwa se jieħu post Dr Frank Fabri li waqt laqgħa mas-Segretarju Permanenti Ewlieni kmieni dalgħodu offra li ma jibqax fil-kariga ta’ Segretarju Permanenti.
Il-Kap taċ-Ċivil aċċetta d-deċiżjoni ta’ Dr Fabri u rringrazzjah għas-servizz u t-tibdil li sar waqt li serva Segretarju Permanenti fil-qasam tal-edukazzjoni.
Matthew Vella kien inħatar Segretarju Permanenti f’Diċembru 2020 fil-Ministeru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva u fil-Ministeru għall-Inklużjoni, il-Kwalità tal-Ħajja u l-Volontarjat.
F’laqgħa llum waranofsinhar Matthew Vella ngħata l-inkarigu ġdid tiegħu mis-Segretarju Permanenti Ewlieni Mario Cutajar, b’seħħ minn għada.