Magħruf għal tracks bħal Paul, Young Again, Tbissem, u l-aħħar kollaborazzjoni tiegħu mal-Orkestra Filarmonika ta’ Malta, ‘People’, Matthew jniedi l-ewwel album tiegħu bħala artist solista bl-isem Ashes To Ashes. Dan l-album nisimgħu lil Matthew b’kollaborazzjonijiet ma’ Michela Pace, Owen Leuellen, u l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta.
“Wara li qattajt l-parti l-kbira tal-aħħar snin niffoka fuq il-kitba, il-kollaborazzjoni u l-produzzjoni ta’ mużika għal artisti oħra, kemm lokali kif ukoll barranin, issa kien wasal iż-żmien li nippreżenta xogħol li huwa aktar intimu, aktar esponenti, aktar jien. Ashes To Ashes hija ġabra ta’ kanzunetti dwar l-imħabba u l-mibegħda, il-ħajja u l-mewt, is-saħħa u l-mard, it-tlugħ u l-inżul; kanzunetti li jfakkruni fil-kobor li jista’ jikseb il-bniedem; mingħajr ma ninsa l-oriġini umli tiegħu, “it-trab”. Dan il-ħsieb litteralment isammarni.”
MATTHEW JAMESREKLAMSKROLLJA BIEX TKOMPLI
Produċut minn Howard Keith u Matthew James u mixed u mastered minn Howard Keith f’Jagged House Studios, l-album Ashes To Ashes issa jinsab fuq Spotify u l-pjattaformi kollha ta’ streaming, kif ukoll fuq vinyl fi ftit jiem oħra.