Il-midfielder internazzjonali Malti Matthew Guillaumier iffirma mal-klabb ta’ FKS Stal Mielec fl-għola diviżjoni tal-futbol Pollakk.
Guillaumier, li ingħata r-release minn Hamrun Spartans wara qbil mal-amministrazzjoni tal-stess klabb, ġie preżentat b’mod uffiċjali minn FKS Stal Mielec matul il-ġurnata tal-Ħamis. Huwa ffirma kuntratt ta’ żewġ staġuni.
Dan huwa t-tielet klabb li l-ex Birkirkara u Hamrun se jkun qed jilgħab miegħu barra l-pajjiż wara esperjenzi ma’ Empoli Primavera kif ukoll Siena.