Matthew Caruana, raġel ta’ 25 sena li kien l-aħħar vittma ta’ inċident bil-mutur li seħħ dalgħodu fi Triq il-Kosta. Kienu l-bosta li x’ħin raw il-mutur li tant kien għal qalb dan ir-raġel fir-ritratti mtella onlajn ntebħu li tilfu ħabib.
Jispikka wieħed mill-messaġġi li tpoġġa fuq facebook, “Għadni kemm kellimtek ilbieraħ filgħaxija” minn ħabib tal-vittma, li ma setgħax jemmen l-aħbar traġika li dan iż-żagħżugħ mimli saħħa tilef ħajtu, hekk kif kienu biss ftit sigħat minn x’ħin kellmu.
Jispikka ritratt li l-vittma kien poġġa fuq facebook, “Respect Bikers” jgħid dan ir-ritratt. Dan juri kemm dan ir-raġel kien konxju dwar in-numru kbir ta’ inċidenti bil-mutur fit-toroq tagħna u żgur li qatt ma bassar li kellhu jkun wieħed mill-vittmi.
AĠĠORNATA: Raġel ta’25 sena jitlef ħajtu wara inċident bil-mutur