Il-Mexxej tal-Partit Demokratiku fl-Italja, Matteo Renzi, se jkun qed jitkellem fil-mass meeting tal-Partit Laburista li se jsir għada fuq il-Fosos. Renzi, eks Prim Ministru, li kien ikkonfermat fit-tmexxija tal-partit se jkun qiegħed jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Prim Ministru Joseph Muscat bil-preżenza tiegħu.
Ma’ Muscat, Renzi ħadem fil-fora Ewropea u bħal mexxejja oħra jitkellem b’ammirazzjoni dwar il-kwalitajiet ta’ mexxej li għandu Joseph Muscat.