Tifel Awstraljan bl-isem ta’ Matt xtaq kelb, iżda ommu ma ħallitux.
S’issa storja ta’ ħafna tfal, anke hawn Malta. B’differenza li Matt spiċċa jrabbi alpaca.
It-tifel iltaqa’ mal-aplaca Chewy meta l-annimal sufi kien qed jistenna biex jinqatel għal-laħam.
It-tifel u Chewy, li għandha tliet snin, jgħixu f’Adelaide, fejn spiċċaw famużi fil-lokalità tagħhom minħabba li jgħamlu kollox flimkien.