Maltempati qawwija kkawżaw kaos f’partijiet tal-Ewropa ċentrali u tat-Tramuntana, filwaqt li ħallew minn tal-inqas sitt persuni mejta fil-Ġermanja, fil-Polonja u fir-Repubblika Ċeka.
Ir-riħ laħaq il-mija u tmenin kilometru fis-siegħa fl-ogħla muntanji tar-Repubblika Ċeka.
Dan filwaqt li eluf ta’ Pollakki u Ċeki għadhom mingħajr provista tad-dawl, biċ-ċentru tal-belt Ġermaniża ta’ Hamburg għereq kawża ta’ dan il-maltemp.
Xi servizzi tal-ferrovija għadhom sospiżi f’partijiet tal-Ġermanja wara li r-rotot ġarrbu xi ħsarat.