Sindki, kunsillieri u s-segretarji eżekuttiv se jingħataw opportunità li jagħmlu Masters fil-Governanza u l-Management.
Dan grazzi għall-kollaborazzjoni bejn l-Assoċjazzjoni għall-Kunsilli Lokali u Idea Education.
L-għan ta’ dan il-kors huwa sabiex il-kunsilliera eletti u s-segretarji eżekuttivi ikomplu jsaħħu l-ħiliet tagħhom biex jagħtu l-aħjar servizz liċ-ċittadini.Idea Education se toffri dan il-kors li huwa akkreditat mill-Kummissjoni Nazzjonali għal Edukazzjoni Avvanzata u Ogħla.
Kull min għandu livell ta’ edukazzjoni inqas minn Baċellerat izda għandu seba’ snin ta’ esperejnza fil-managment fis-settur privat jew fis-settur pubbliku jista’ japplika għal dan il-kors. Madankollu, dawk li m’għandhomx livell ta’ edukazzjoni se ssirilhom intervista dettaljata.
Id-Direttur ta’ Idea Education Silvio Debono qal li l-kors ta’ masters se jibda fil-bidu tas-sena d-dieħla.
L-istudent irid jattendi għal lezzjoni darba fil-ġimgħa biss għax 40% tal-kors isir online.
Il-kors jiswa €8,500. Madankollu, l-istudent se jħallas €1,000 biss għax se jibbenefika mill-iskema Get Qualified u l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali se tħallas parti mill-ħlas.
Il-lezzjonijiet ser isiru fil-bini tal-Assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali fil-Marsa.
Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava tkellem dwar l-importanza li kunsilliera u s-segretarji eżekuttiv isegwu dan il-Masters għax huma l-persuni responsabbli li jamministraw bejniethom mal-erbgħin miljun ewro fl-aħjar interess taċ-ċittadini.
“Nemmnu li dan għandu jwassal biex iċ-ċittadini jkunu offruti servizz aħjar. Bħala assoċjazzjoni 30% minnhom, 15% minnhom se nagħtuhom aħna, li bħala assoċjazzjoni se nagħtuhom sponsorship”.
Is-Sur Fava tkellem ukoll dwar attivitajiet li se torganizza l-assoċjazzjoni tal-kunsilli lokali fl-għeluq il-25 sena mit-twaqqif tagħhom. Fosthom twaħħil tas-siġar, volontarjat mal-Caritas u għoti tad-demm.