Il-15-il-edizzjoni ta’ Gaulitana: A Festival of Music ser terga’ tinkludi sensiela ta’ master classes vokali mis-sopran Maltija ta’ fama internazzjonali Miriam Gauci. Wara nuqqas sfurzat ta’ sentejn, il-master class se tkun effettivament terġa’ tniedi l-programm edukatttiv tal-festival, GauLearn.
Il-master classes, li huma miftuħa anke għal-parteċipanti passivi, se jsiru bejn l-Erbgħa 17 u l-Ġimgħa 19 t’Awissu, 2022, b’sessjonijiet wara nofsinhar fil-Gozo Visual and Performing Arts School, ix-Xewkija. Milica Lawrence se tkun il-pjanista residenti.
Aktar dettalji huma accessibli mis-sit www.gaulitanus.com