Żewġ subien adoloxxenti ġew akkużati bi qtil wara l-isparaturi waqt festin ta’ għeluq is-16-il sena f’Alabama. Waqt l-isparaturi li seħħew li fi tmiem il-ġimgħa, mietu erbgħa u weġġgħu 32.
Ty Reik McCullough, ta’ 17-il sena, u Travis McCullough, ta’ 16-il sena, ġew arrestati fis-sigħat li għaddew.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
L-awtoritajiet Amerikani qalu li s-suspettati qed jiġu akkużati kull wieħed b’erba’ akkużi ta’ qtil u li huma mistennija aktar akkużi kontrihom. Huma se jiġu akkużati bħala adulti.