Waħda mill-ikbar ajsbergs li qatt ġiet imniżżla fir-rekords inqatgħet minn mal-Antartika.
Il-massa tas-silġ hi maħsuba li hi kbira madwar 6,000 metru kwadru; kważi kwart mid-daqs ta’ Wales.
Is-satellita tal-Istati Uniti osservat l-ajsberg l-Erbgħa waqt li kienet għaddejja minn fuq ir-reġjun magħruf bħala LArsen C Ice Shelf.
Xjentisti sostnew li din kienet mistennija. Huma kienu qed isegwu l-progress ta’ xaqq li kien hemm fis-silg għal dan l-aħħar diċenju.