Għexieren maħsuba li huma mejta wara li bomba laqtet skola fil-Lvant tal-Ukrajna, fejn bħalissa għaddejja battalja qalila kontra t-truppi Russi u s-separatisti.
Il-gvernatur ta’ Luhansk ikkonferma żewġt imwiet, filwaqt li mas-60 persuna huma maħsuba li tilfu ħajjithom qalb it-tifrik tal-bini tal-iskola.
Fil-ħin tal-attakk, mad-90 persuna kienu qed jistkennu fil-binja, 30 persuna ġew salvati, b’sebgħa minnhom sfaw midruba.
Il-gvernatur qal li ajruplan Russu tefa’ l-bomba lbieraħ, madanakollu din l-akkuża s’issa għadha ma ġietx ikkonfermata.