Fit-teatru fil-qalba tal-kapitali, it-Teatru Manoel fix-xahar ta’ Marzu se jittellgħu erba’ opri b’laqta differenti li kapaċi jiġbdu udjenza li ġeneralment ma jattendux it-teatru.
Il-Kap Eżekuttiv ta’ Teatru Malta, Massimo Zammit, qal li bis-sehem ta’ tenuri u soprani Maltin kif ukoll barranin, ilkoll b’fama internazzjonali, dawk li se jattendu se jkollhom spettaklu li jpaxxilhom widnejhom b’ilħna u melodija tal-opra.
Qal, “Ħa jkollna Operetta night, Anglo-American night, Italian night u Mozart night. Hija xi ħaġa li għalkemm hija opera ħa tkun pop, li ħa tkun tal-widna u qed naħsbu u nisperaw li udjenza ġdida li tattendi. Jiġifieri dak il-persuni li forsi qatt ma attenda għal Opera jagħmel kuraġġ biex jattendi din l-opera għax ħa tkun xi ħaġa indimentikabbli u xi ħaġa għal kulħadd.”
Massimo Zammit tenna wkoll li Teatru Manoel għandu programm mimli filwaqt li qed qalilna li l-istaġun li jmiss, it-teatru se jirritorna b’mod differenti milli kien fl-aħħar żmien minħabba l-pandemija.
Xi ħaġa li timla’ b’kuraġġ lil kull persuna li taħdem biex jittellgħu produzzjonijiet fit-teatru.