Filwaqt li minn qalbi nawgura kull suċċess lill-kantanta Maryrose Mallia fl-okkażjoni tat-tnedija tal-album tagħha, nirringrazzjaha wkoll talli permezz tat-talent tagħha, hija għażlet li tkun ta’ għajnuna għall-Malta Community Chest Fund Foundation. Nagħtiha ħajr ukoll għall-viżibilita’ kontinwa li hi tagħti lil Malta u Għawdex tagħna lil’hinn minn xtutna
Dan kien il-kliem li l-Eċċellenza Tagħha il-President ta’ Malta Mary Louise Coleiro Preca kitbet fuq Facebook b’riferenza għall-kantanta Mary Rose Mallia li mhux talli nedit l-album ġdid tagħha iżda wkoll għaddiet lill-President ta’ Malta is-somma ta’ elf ewro biex imorru għall-Malta Community Chest Fund. Dawn il-flus inġabru minn bejgħ tas-CD single Crystal Child li Maryrose ħarġet ftit taż-żmien ilu.
Is-CD single tinkludi tlett verżjoni ta’ din id-diska, bil-Malti, bl-Ingliż u bit-Taljan.
L-album il-ġdid ta’ Maryrose Mallia iġib proprju isimha u huwa maħruġ mid-dar tad-diski Taljan Crisler bi produzzjoni ta’ Michele Centonza. Jinkludi fih disa diski ġodda fosthom Share the Love li hu dwett ma’ Renato.
Ma jonqsux il-kollaborazzjoni ma’ għadd ta’ kompożituri u mużiċisti Maltin bħal Domnic Galea u Paul Abela. Dan l-album jinsab mill-ħanut ta’ D’Amato.
F’dawn il-ġranet Maryrose nediet ukoll il-paġna facebook tagħha li appuntu iġġib isimha, Maryrose Mallia