Il-kantanta Martina Fenech għadha kemm nediet kanzunetta ġdida bl-isem ta’ ‘Don’t Slip Away’, li hi mimlija emozzjoni u ħsejjes moderni b’elementi orjentali.
Wara s-suċċess tagħha fl-OGAE Fan Vision Contest f’Hamburg, dan hu l-ewwel rilaxx tagħha bil-lingwa Ingliża.
Bi produzzjoni ta’ Edward Abela u lirika ta’ Emil Calleja Bayliss, il-kanzunetta tittratta l-imħabba, il-weġgħat u s-saħħa li nsibu fiż-żminijiet diffiċli. “Titkellem dwar dawk li tħosshom jitbiegħdu imma trid iżżommhom viċin,” tgħid Martina.
Il-viżwal tal-kanzunetta, b’lyric video internazzjonali u fotografija ta’ Ines Bahr, jirrifletti l-emozzjoni tal-mużika, waqt li t-ton aħmar u d-dellijiet iwasslu l-vulnerabbiltà f’din l-esperjenza.
Distribwita minn CAP-Sounds u b’Ironic PR & Artist Management, ‘Don’t Slip Away’ issa hi disponibbli fuq il-pjattaformi kollha ta’ streaming.