Martina Caruana, tfajla Maltija ta’ 25 sena, ser tingħata premju prestiġġjuż mir-Reġina Eliżabetta f’Buckingham Palace.
Dan ħabritu hi stess permezz tal-facebook fejn qalet li sabet invit mill-familja Rjali fil-kaxxa tal-ittri tagħha.
L-istedina hija għas-26 ta’ Ġunju li ġej fejn f’Buckingham Palace Martina Caruana se tkun rikonoxxuta permezz tal-Queen Young Leaders Award għall-ħidma li wettqet u għadha twettaq biex tagħti sapport lin-nisa fi rwoli ta’ mexxejja speċjalment f’pajjiżna.