Martin Schulz mhux se jkun qed jikkontesta waqt l-elezzjoni li jmiss biex ikun il-Parlament Ewropew, iżda se jkun qed jittanta xortih fix-xena politika fil-Ġermanja.
Schulz qal li s-sena d-dieħla se jkun qed jippreżenta lilu nnifsu għall-German Bundestag bħala l-kandidat promettenti tal-Partit Demokratiku Soċjali f’Nord-Rhine Westphalia.
Waqt indirizz li għamel, fejn ma rrisponda għall-ebda mistoqsiji tal-ġurnalisti, Schulz qal li hu ħadem biex isaħħaħ il-proġett Ewropej waqt li kien Membru Parlamentari Ewropej u se jkun qed ikompli jagħmel l-istess minn Berlin.