Is-Sur Martin Saliba inħatar bħala Chairperson eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar.
Fi stqarrija mill-Ministeru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali intqal li s-Sur Saliba nħatar wara li nħarġet sejħa pubblika għall-kariga.
Matul dawn l-aħħar snin is-Sur Saliba serva fil-kariga ta’ Chairperson tat-Tribunal ta’ Reviżjoni tal-Ambjent u l-Ippjanar, wara li kien ilu ‘l fuq minn 20 sena jservi f’bosta karigi fi ħdan dik li qabel kienet tissejjaħ l-Awtorità Maltija għall-Ambjent u l-Ippjanar. Is-Sur Saliba huwa gradwat f’livell ta’ Masters fil-qasam tal-ippjanar.