Is-Sur Martin Micallef inħatar chairperson tal-Awtorità tax-Xandir li skont Artiklu 118 (2) tal-Kostituzzjoni ta’ Malta għandu jiġi maħtur mill-President fuq il-parir tal-Prim Ministru wara li kkonsulta lill-Kap tal-Oppożizzjoni.
Is-Sur Micallef hu gradwat b’Masters fil-Komunikazzjoni tal-Massa u għandu esperjenza kbira fil-qasam tal-komunikazzjoni b’40 sena esperjenza fl-oqsma tax-xandir lokali u tax-xandir internazzjonali. Is-Sur Micallef serva wkoll bħala Segretarju Ġenerali tal-Kamra tal-Kummerċ tal-Italja f’Malta.
Il-Prim Ministru sellem il-memorja tas-Sur George Mifsud li serva fil-kariga ta’ chairman tal-Awtorità tax-Xandir bejn it-8 ta’ April u t-23 ta’ April, 2017.