Il-Ministru Konrad Mizzi ħabbar fuq Twitter li d-DJ famuż Martin Garrix u l-kantanta Bebe Rexha huma l-ewwel żewġ artisti fl-Isle of MTV ta’ din is-sena.
L-avveniment li daħal fit-13-il sena tiegħu din is-sena se jsir fid 9 ta’ Lulju fil-Fosos tal-Floriana.
Martin Garrix huwa magħruf għal diski bħal Animals, Tremor u In the Name of Love, filwaqt li Rexha hija magħrufa għal Say My Name, I’m a Mess u No Broken Hearts.
We proudly announce the first two artists for #IsleOfMTV2019. @MartinGarrix and @BebeRexha will be headlining this annual event on the 9th of July. Looking forward. #events #malta @VisitMalta @MTV
— Konrad Mizzi (@KonradMizzi) April 17, 2019