Martin Azzopardi rnexxielu jtemm b’suċċess il-maratona ta’ 170 kilometru ta’ qdif bir-rota minn Pozzallo sa Ortigia u lura, kif kien ħabbar, bil-għan li jħeġġeġ jinġabru aktar donazzjonijiet b’risq il-Caritas Malta.
Matul din il-maratona, Martin kien akkumpanjat mill-mara tiegħu, Sandra, mid-Direttur tal-Caritas Malta, Anthony Gatt, u għadd ta’ kollegi tax-xogħol mill-isptar Mater Dei, fejn hu jaħdem bħala sewwieq tal-ambulanzi.
REKLAM
SKROLLJA BIEX TKOMPLI
Dan it-tim ipprovda lil Martin u ċiklisti oħrajn bin-neċessitajiet kollha tul il-vjaġġ estensiv f’temperaturi għoljin.
Bl-inizjattiva tiegħu stess, Martin ġabar ftit inqas minn sebat elef u ħames mitt ewro, li għaddiehom lill-Caritas.