Martin Ambinette, l-anzjan ta’ 65 sena li għal dawn l-aħħar ġimgħat, propju mit-3 ta’ Marzu li għadda, kien irrappurtat nieqes, instab mejjet mill-Pulizija f’Wied Blandun fil-Fgura.
Minn stqarrija, il-Pulizija rċiviet informazzjoni anonima li kien hemm persuna bla ħajja f’Wied Blandun.
Il-Pulizija marret mill-ewwel fil-post indikat u wara tfittxija, sfortunatament, Martin Ambinette instab bla ħajja.
Il-Maġistrat Dr Joe Mifsud ġie infurmat, u ħatar inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.