“Ma rriżenjajtx mill-Parlament minħabba raġunijiet mediċi jew personali.”
Iddikjarat dan l-eks deputat nazzjonalista Marthese Portelli, li qalet li bl-ambjent li hemm fil-Partit Nazzjonalista bdiet tħossha taqta’ nifisha.
F’artiklu li kitbet fuq The Sunday Times of Malta, Marthese Portelli qalet li kien hemm min ħaseb li rriżenjat minħabba raġunijiet ta’ saħħa jew għal raġunijiet personali, imma assigurat u serħet moħħ kulħadd li m’għandhiex problemi f’saħħitha u mhux għalhekk ħadet dan il-pass.
Għaldaqstant Portelli kitbet li sabiex tevita spekulazzjonijiet mhux preċizi, u tiċċara l-affarijiet, hi ma rriżenjajtx mill-Parlament minħabba raġunijiet personali.
Marthese Portelli esponent mill-fazzjoni Busuttil, waħda mis-sbatax il-blue heros, fetħitha fuq is-sitwazzjoni li hemm fil-Partit Nazzjonalista mmexxi minn Adrian Delia. Qalet li hemm ambjent ta’ qtugħ ta’ nifs.
Portelli kitbet li min iħossu f’ambjent suffokanti, m’għandux għazla oħra ħlief li joħroġ minn dak l-ambjent. U hi hekk għamlet u rriżenjat minn deputat nazzjonalista.
Qalet li hi dejjem iżżomm soda mal-prinċipji u l-għanijiet tagħha, li mmotivawha tidħol fil-politika snin ilu.
“There comes a time when one realises the current ambience is shackling” kitbet Marthese Portelli li bdiet tħoss li fil-Partit Nazzjonalista hemm atmosfera ta’ nuqqas ta’ libertà.
Għaldaqstant hija ħadet id-deċiżjoni li tirrizenja minn deputat nazzjonalista filwaqt li ma eskluditx li terġa’ tidħol fil-ħajja politika.
Marthese Portelli hija waħda mill-esponenti Nazzjonalisti, li ma kinitx taqbel ma’ Adrian Delia u kienet lesta li tagħmel dak kollu li jgħidilha Jason Azzopardi tant li ngħaqdet miegħu fis-sejħa biex iwarrab minn kap tal-Partit Nazzjonalista.