Seba’ xhur ma kienux biżejjed biex Marthese Portelli, shadow minister tal-Partit Nazzjonalista tħejji proposti dettaljati dwar it-traffiku.
Tant li bir-rapport mitbugħ u mqassam lill-media (wara li żvelah one.com.mt) għadha qed toqgħod lura milli toffri dettalji dwar kif jaħdmu dawn il-proposti. Fil-fatt, erġajna staqsejna u rċivenja l-istess tweġiba. “Dalwaqt, fil-ġimgħat li ġejjin,” qalet Portelli kif jidher fil-filmat.