“Din kienet esperjenza mill-isbaħ li se niftakar għal ħajti kollha. Kburija li se nirrappreżenta lil dan il-pajjiż mill-isbaħ.”
Dan kien kliem il-mudella Maltija Martha Fenech li irrappreżentat lil pajjiżna fil-Filippini u rnexxielha tagħmilha mal-isbaħ tnax-il tfajla tal-Univers. Il-Finali tas-65 edizzjoni ta’ MISS UNIVERSE sar ilbieraħ filgħaxija bis-sbejħa Maltija tagħti eżebizzjoni mill-aqwa. Qabel dan il-finali Martha esprimiet is-sodisfazzjon tagħha li rnexxielha tasal s’hawn, opportunita mill-isbaħ li fi kliemha qatt m’hu se tinsiha.
Minkejja li Martha, ma kinitx il-mudella rebbieħa, kienu l-mijiet tal-Maltin li rringrazzjawha talli irrappreżentat lil Malta u għamlitna kburin.
Kienet Miss France, il-magħżula bħala Miss Universe tal-2017. Tfajla żagħżugħa ta’ 24 sena li qed tistudja biex issir dentista. It-tbassir tagħna huwa li aktar nies se jkunu qed imorru għand id-dentist anke meta ma jkollhomx bżonn.