Il-membri tal-familja fosthom mart l-istilla tal-Basketball Kobe Bryant fetħu kawża ta’ mewt inġusta kontra s-sid u l-operaturi tal-helikopter li ġġarraf f’Jannar li għadda.
Fi Frar li għadda uffiċjali kienu tennew li dan l-istess helikopter ma kienx liċenzjat sabiex jitajjar fiċ-ċpar.
Din it-traġedja ħasdet il-ħajja ta’ Bryant ta’ 41 sena u bintu Gianna ta’ 13-il sena flimkien ma’ sebgħa oħra inkluż il-pilota.