Mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela rriżultat fil-pożittiv għall-Covid-19 wara test li għamlet minħabba impenji li l-familja Abela kellha fil-jiem li ġejjin.
Dr Abela tinsab tajba u ma kellha u m’għandha l-ebda sintomi.
It-testijiet tal-Prim Ministru u tat-tifla, Giorgia Mae, irriżultaw fin-negattiv.
Il-Prim Ministru Robert Abela beda josserva perjodu ta’ kwarantina iżda bis-saħħa tat-teknoloġija, il-Prim Ministru se jkompli għaddej b’ħidmietu, inkluż b’laqgħat importanti li għandu fil-jiem li ġejjin.