Ser nibqgħu man-nies kif dejjem għamilna.
Hekk stqarret ma’ One Newa s-Sinjura Miriam Vella, mart il-President il-ġdid, George Vella.
Is-Sinjura Vella qalet li dejjem kienet ta’ spalla għar-raġel tagħha u żiedet tgħid li dan ser tibqa’ tagħmlu anke fil-ħames snin li ġejjin.