Mart il-President ta’ Malta, is-Sinjura Miriam Vella nediet inizjattiva biex tipprovdi għajnuna tanġibbli lit-tfal u l-familji milquta mit-terremot devastanti tal-ġimgħa l-oħra fit-Turkija u s-Sirja.
Is-Sinjura Vella għenet fl-għoti ta’ ammonti kbar ta’ ħwejjeġ, żraben u ġugarelli ġodda li ġew mogħtija b’donazzjoni minn diversi sidien tal-ħwienet.
Hija rringrazzjat lin-negozji kollha għall-ġenerożità tagħhom u saħqet li l-poplu Malti se jkun lest biex ikompli jgħin lil dawk kollha milquta.