Nickie Vella De Fremeaux, mart il-Kap tal-Oppożizzjoni, tefgħet hi wkoll dawl fuq l-inkwiet li hemm fil-Partit Nazzjonalista. Meta kienet qed titkellem fuq l-esperjenza tagħha bħala mart il-Kap tal-Oppożizzjoni użat kontinwament kliem bħal “terribbli” u “sagrifiċċju”.
F’intervista mas-sit Lovin Malta, hi stqarret fuq il-weġgħa tagħha meta qed ikun stmat hekk, meta daħlu għal din il-ħaġa biex itejbu s-sitwazzjoni. “Adrian seta’ baqa’ d-dar u għexna l-ħajja normali kuntenta tagħna,” qalet De Fremeaux. Pront kien il-ġurnalist li qalilha jekk tixtieqx li Delia għażel li jieħu dik it-triq, fejn qalet li meta tara x’qiegħed jiġri fil-Partit Nazzjonalista tgħid li iva. “Meta tara x’qed jiġri fil-partit ngħid iva,” qalet mart il-Kap tal-Oppożizzjoni li tenniet li tistaqsi x’qed jiġri u għaliex. Saħansitra De Fremeaux kienet mistoqsija għaliex ma jitlaqx meta għadu fiċ-ċans u t-tweġiba tagħha kienet li ma tafx għax ma jagħmilx hekk. “I don’t know why the hell he doesn’t, honestly,” qalet De Fremeaux. De Fremeaux kienet qed titkellem sena wara li Delia sar Kap tal-Partit Nazzjonalista. Sena li kienet ikkaratterizzata minn ġlied u battibekki interni. Fil-fatt anke hi spiċċat vittma tal-fatt li m’hemmx limiti għall-botti fil-Partit Nazzjonalista.
Deputati tal-Partit Nazzjonalista spiċċaw jitfgħu messaġġi diretti lejha billi jużaw lil Mary Fenech Adami, omm Beppe Fenech Adami u mart l-Eks Kap tal-PN Eddie Fenech Adami. Dan meta Vella De Fremeaux kienet fetħet qalbha pubblikament biex tqajjem ukoll kuxjenza dwar kemm il-bullying fuq it-tfal minħabba fehmiet politiċi mhux aċċettabbli. Dan għax uliedha kienu diskriminati. U quddiem il-weġgħa ta’ omm, nies bħal Jason Azzopardi u Paul Borg Olivier ma qagħdux lura milli jattakkaw. B’mod fin iżda li jwassal messaġġ dirett għamluha ċara li għalihom mart il-Kap tal-Oppożizzjoni llum m’għandhiex l-istima li kellha mart Eddie Fenech Adami. Mara li fis-snin l-imgħoddija kien hemm mumenti li wkoll għaddiet minn mumenti diffiċli. Permezz ta’ kitba twila, De Fremeaux kienet qalet li kienet ta’ wġigħ il-qalb tara lil binha jitħalla barra minn festin tal-ikbar ħabib tiegħu.
Nickie Vella De Fremeaux tefgħet dawl fuq min hemm wara dawn l-atti u f ’indikazzjoni ċara wieġbet wieħed mill-kummenti fejn ikkonfermat li dawn huma l-istess nies li jpoġġu l-fjuri u jixegħlu x-xem għ a t il-Belt. Dan b’referenza ċara għan-nies tal-Occupy Justice li jgawdu l-appoġġ ta’ għadd ta’ deputati Nazzjonalisti fosthom tal-Eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil.