Il-kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jinsab fi kwarantina wara li martu ttestjat pożittiv għall-COVID-19 wara li kienet f’kuntatt f’gym, ma’ persuna li rriżultat fil-pożitiv għall-virus. Dan kkonfermah Grech stess fuq il-profil tiegħu fuq facebook.
Grech spjega wkoll li għalkemm huwa ma kellux kuntatt ma’ martu u minkejja li hu m’għandux sintomi, l-preżenza fiżika tiegħu f’din it-taqtigħa għall-Kap qiegħda tiġi sospiża. Grech spjega wkoll li minn meta saret taf bil-kuntatt, martu iżolat ruħha u għamlet żewġ swab tests u rriżultat fil-pożittiv fit-tieni test.