Fl-aħħar partita tal-Ħadd fit-Tony Bezzina Stadium Marsaxlokk kisbu tlett punti oħra f’rebħa minima iżda importanti ta’ 1-0 kontra Sliema Wanderers biex issa jinsabu fit-tielet post b’total ta’ 10 punti wara 4 partiti.
Għat-tim imexxi mil-kowċ Winston Muscat din kienet it-tieni rebħa konsekuttiva wara li fil-partita ta’ qabel huma wkoll kienu hadu l-punti massimi f’rebħa ta’ 3-1 kontra Sirens.
Għal Sliema dan r-riżultat jista’ jitqies bħala diżżapunt wara r-rebħa komda li kellhom fuq Mosta fl-aħħar partita tagħhom f’nofs l-ġimgħa.
Wara taqsima mingħajr ebda’ gowl, t-tieni taqsima kienet ikkaretarizata minn żewġ tkeċċijiet waħda fuq kull naħa fejn l-ewwel kienu t-tim Xlukkajr li fis-66 minuta sfaw jilgħabu b’plejer anqas meta Anthony Obonogwu tkeċċa wara li ġie muri t-tieni karta safra.
10 minuti wara u kien lill-Sliema li jispiċċaw b’plejer anqas fejn kien Neil Frendo li wkoll kien muri t-tieni karta safra u eventwalment il-ħamra.
Marsaxlokk skorjaw il-gowl li tagħhom it-tlett punti fit-83 minuta meta kien Jacob Walker li sab ix-xibka avversarja.
Wara l-goal, minkejja li t-tim ta’ Sliema pruvaw iwettqu reazzjoni, Marsaxlokk għarfu jinewatallizaw kull azzjoni biex bl-iskor ta’ 1-0 intemmet din l-partita.
Referee: Philip Farrugia