Il-Kunsill Lokali ta’ Marsaxlokk se jkun qed jitmexxa minn maġġoranza Laburista għall-ħames snin li ġejjin, hekk kif ikkonfermat il-Ħamis waqt it-tieni rawnd ta’ għadd tal-voti tal-elezzjoni lokali.
Steven Grech kien ikkonfermat bħala sindku ta’ din il-lokalità. B’kollox il-Partit Laburista tella’ erba’ siġġijiet, fosthom l-ewwel mara fl-istorja li ġiet eletta f’isem il-Partit Laburista f’din il-lokalità, Elenia Desira.