Marsaxlokk kisbu l-ewwel l rebħa tal-istaġun meta għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-1, proprju fid-debutt ta’ Enzo Potenza bħala kowċ.
Marsaxlokk ħolqu l-ewwel periklu wara żewġ minuti meta Pena Beltre xeħet cross fil-baxx lejn De Aguiar li iżda kellu l-konklużjoni tiegħu tintemm għoli. Tliet minuti wara reġgħu kienu Marsaxlokk li ħolqu l-periklu meta Quitongo kellu x-xutt tiegħu minn tarf il-kaxxa joħroġ l-aħjar ta’ Golovic.
L-Ixlukkajri komplew jiddettaw il-logħob u resqu viċin li jiftħu l-iskor fit-tmien minuta meta Messias ra x- xutt tiegħu jintemm ftit barra.
Madanakollu, kienu Balzan li fetħu l-iskor fit-12-il minuta. meta Awosanya twaqqa’ fil-kaxxa bir-referee Fyododr Zammit jordna penalty, biex mill-11-il metru AKPAN ma ħafirx.
Marsaxlokk irrispondew fit-22 minuta, bix-xutt ta’ Aguirre minn freekick li ġie salvat minn Golovic, biex mir-rebound Messias kellu t-tentattiv tiegħu jgħaddi barra.
Marsaxlokk ġabu l-iskor indaqs fis-26 minuta. meta minn indeċiżjoni fid-difiża ta’ Balzan, daħal tajjeb YURI DE JESUS MESSIAS li ħasad għal kolloxlil Golovic.
Huma komplew jippressaw u fil-45 minuta. Nikolai Muscat kellu x-xutt fil-baxx tiegġu jipi salvat minn Golovic.
Marsaxlokk meritatament skorjaw il-goal tar-rebħa fit-52 minuta meta DE AGUIAR permezz ta’ daqqa ta’ ras preċiża mill-viċin tefa’ ġewwa.
Ix-Xlukkajri komplew jiddominaw u fis-67 minuta tentattiv ta’ Aguirre ġie salvat bi bravura minn Golovic.
Referee: Fyodor Zammit
Plejer tal-Logħba: Nikolai Muscat (Marsaxlokk FC)