Kien mistenni ħafna minn din il-partita hekk kif kienet meqjusa bħala waħda mill-aqwa partiti ta’ tmiem il-ġimgħa iżda naqset ferm milli tilħaq l-aspettattiva u Marsaxlokk ħallew għall-aħħar biex jegħlbu ll Sliema Wanderers bl-iskor minimu ta’ 1-0, bil-goal uniku għalihom jasal tard fil-partita eżattament fit-83 minuta minn Alex De Aguilar Gomes.
Ta’ nota huwa l-fatt li din kienet it-tielet telfa għall-Wanderers.
Għal Marsaxlokk iddebutta bejn il-lasti il-goalkeeper veteran Taljan li fil-passat lagħab mat-tim nazzjonali Taljan, Lazio u Genoa fl-Italja u anke ma’ Hamrun Spartans f’pajjiżna, Federico Marchetti, bil-goalkeeper li ddefenda l-lasti fl-aħħar partiti għax-Xlukkajri Matthew Calleja Cremona, ikun fuq il-bank tar-riservi.
Kien biss fis-36 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota fil-partita b’Marsaxlokk ikunu huma li joħolqu l-periklu meta Enmy Manuel Pena Beltre kellu xutt mid-distanza li ġie salvat mill-goalkeeper ta’ Sliema, Kelvin Emeka Agu.
Huma komplew fuq l-offensiva u fil-45 minuta eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima Yuri de Jesus Messias kellu xutt insidjuż minn pożizzjoni ideali devjat f’corner mid-difiża tal-Wanderers.
Fis-56 minuta freekick insidjuż ta’ Yuri De Jesus Messias dejjem għal Marsaxlokk għadda ftit barra.
Huma komplew jippressaw u fid-79 minuta, corner dirett tal-istess Yuri De Jesus Messias għadda minn fuq is-saqaf tax-xibka.
Fit-83 minuta reġa’ kien Yuri De Jesus Messias li kellu xutt mill-viċin jintemm ftit għoli.
Dan kien il-preludju għall-goal li tefa’ lil Marsaxlokk fil-vantaġġ fl-84 minuta, liema goal kellu jkun dak tar-rebħa għalihpom meta ALEX DE AGUILAR GOMES mill-viċin ma ħafirx, biex kompla jinkuruna staġun mill-aqwa għalih personali.
Huma komplew jamministraw il-vantaġġ minimu li kellhom sa tmiem il-partita.
Plejer tal-Logħba – Yuri De Jesus Messias (Marsaxlokk FC)
Referee: Trustin Farrugia Cann