Marsaskala Futsal kisbu l-ikbar rebħa fit-tielet ġurnata tal-Maltese Cross Futsal Cup wara li għelbu lil Malta Matadors 20-0. Kif jindika r-riżultat, l-Iskalin kienu fi klassi għalihom u grazzi għal din ir-rebħa huma baqgħu b’punti massimi minn tliet logħbiet dwar Swieqi United li min-naħa tagħhom rebħu lil University of Malta Futsal 11-0 f’logħba oħra minn sezzjoni A.
Sadanittant LiverMalt kisbu l-ewwel tliet punti tal-kompetizzjoni għalkemm ma sabuhiex daqshekk faċli kontra Col Magic.
F’sezzjoni B, il-leaders assoluti huma St Andrew’s li għelbu lil Ħamrun SC Futsal 4-1. Dawn tal-aħħar ġew milħuqa minn Santa Margherita li kisbu t-tieni rebħa tal-kompetizzjoni wara skor ta’ 5-3 kontra Gżira United SC Futsal.
Finalment AFC Super rebħu 3-0 kontra Blackbulls.
KLASSIFIKA – SEZZJONI A – Swieqi United, Marsaskala 9, University of Malta 6, LiverMalt 3, Matadors, Col Magic 0
KLASSIFIKA – SEZZJONI B – St Andrew’s 9, Ħamrun, Santa Margherita 6, Gżira Utd SC AFC Super 3, Blackbulls 0.
Ritratt: Andre Farrugia