Illum, għall-ħabta tas-siegħa u nofs, seħħ inċident ġewwa l-Korsa l-Antika tal-Marsa. Żiemel li kien qiegħed jieħu sehem fit-tiġrija sfratta bil-konsegwenza li l-kuċċier, raġel ta’ 25 sena residenti r-Rabat, Malta, waqa’ iżda ma sofra l-ebda ġrieħi.
Raġel ta’ 43 sena residenti Ħad-Dingli li kien fuq il-post sofra xi ġrieħi meta pprova jikkontrolla liż-żiemel. Għaldaqstant huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.