Marokkin li ħarab miċ-ċentru ta’ detenzjoni ta’ Ħal Safi ngħata sentenza sospiża.
Mohammed Sellem li qatta’ xahar l-isptar u għamel żewġ operazzjonijiet kien involut f’ħarba miċ-ċentru ta’ Ħal Safi fil-15 ta’ Lulju li għadda.
L-akkużat deher fl-awla tal-Qorti fuq siġġu tar-roti u b’ferita gravi f’siequ ammetta l-akkużi miġjuba kontrih.
Huwa kien ilu fiċ-ċentru għal tliet xhur u ħarab ma’ oħrajn li weħlu sitt xhur ħabs.