Marokkin ta’ 36 sena li joqgħod il-Gżira ġarrab ġrieħi gravi wara li ċeda ħajt bl-ilma u l-ħamrija, b’konsegwenza li ġie fuqu.
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4:30 ta’ waranofsinhar f’kumpless li jinsab fi Triq Tul il-Kosta fin-Naxxar.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lir-raġel l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.