Marlon Attard rebaħ l-ewwel Skeet Selection Shoot tal-istaġun.
Dan l-avveniment sar fil-Malta National Shooting Ranges.
Fuq il-podju telgħu ukoll Liam Sciberras u Clive Farrugia li spiċċaw fit-tieni u t-tielet post rispettivament.
Is-sitt Finalisti fl-ordni tan-numru tal-bib skont il-kwalifikazzjoni tagħhom kienu; CASSAR Andre bl-iskor ta’ 119/125, SCIBERRAS Liam kisser 113/125, ATTARD Marlon laqat 111/125, FARRUGIA Clive 109/125, CALLEJA Lara laqtet 96/125 u GALEA Mikaela kissret 91/125.
Ir-Riżultat tal-Finali kien:
1 ATTARD Marlon 52/60
2 SCIBERRAS Liam 50/60
3 FARRUGIA Clive 42/50
4 CASSAR Andre 30/40
5 GALEA Mikaela 20/30
6 CALLEJA Lara 10/20
Ir-rebbieħa f’kull Klassi kienu:
Klassi A
1 CASSAR Andre 119/125
2 SCIBERRAS Liam 113/125
3 ATTARD Marlon 111/125
Klassi B
1 CALLEJA Lara 96/125
2 GALEA Mikaela 91/125
Il-Kompetizzjoni Skeet li jmiss se tkun it-2 Skeet Selection Shoot 2025 u se ssir fl-1 u t-2 ta’ Marzu 2025 fil-Malta National Shooting Ranges.