Midalja tal-fidda għat-tiratur żagħżugħ Marlon Attard waqt il-kompetizzjoni Skeet fil-Kampjonat tal-Ewropa f’Osijek il-Kroazja.
Din kienet l-ewwel darba li tiratur malti qatt irnexxielu jirbaħ il-fidda fl-iSkeet waqt dan il-kampjonat.
Fil-kwalifikazzjoni, Attard kellu riżultat ta’123/125 li kien ukoll rekord għal tiratur malti tal-iSkeet f’kompetizzjoni intrenazzjonali.
Huwa mar għal shoot off kontra tmien tiraturi oħra sabiex jagħmilha għall-finali.
Finalment temm fit-tieni post b’total ta’ 54/60.
Intant kien hemm ukoll tiraturi oħra maltin fil-komeptizzjoni Skeet. Clive Farrugia kellu riżultat ta’ 119/125 u Liam Sciberras laqat 118/125. Huma spiċċaw rispettivament fis-36 u l-45 post minn total ta’ 74 atleta.
Id-deheb intrebħet minn Charalambos Chalkiadakis (GRE) filwaqt li Tammaro Cassandro (ITA) rebaħ il-bronż.