Id-deputati tal-Oppożizzjoni Godfrey Farrugia u Marlene Farrugia ma felħux jisimgħu lis-Segretarju Parlamentari Julia Farrugia Portelli titkellem fit-tieni qari tal-Abbozz ta’ Liġi li jemenda l-Att dwar il-Protezzjoni tal-Embrijuni.
Marlene Farrugia għajritha “pulċinella” u baqgħet tgħajjat minkejja li waqqafha l-iSpeaker u qalilha li hemm mhux post fejn x’ħin trid taqbad u tgħajjat.
Aktar qabel, l-iSpeaker keċċa ’l barra mill-Kamra lil Godfrey Farrugia minħabba l-komportament tiegħu.