Il-Membru Parlamentari Ewropew Mizzi saħqet fuq il-pożizzjoni tagħha favur aktar fondi li jkunu jistgħu jgħinulil żoni periferali biex isirużoni żviluppati b’aktar opportunitajiet u b’iktar xogħol. Kompliet billi tisħaq li huwa ferm importanti li jkun hemm iżjed programmi ta’ koperazzjoni li jikkontribwixxu għat-tkabbir ekonomiku abbażi tal-għarfien,flimkien mal-bżonn li jittejbu l-aċċessibilitàgħall-intrapriżi ż-żgħar u għall-ekonomija lokali.
L-MPE Mizzi tkellmet fil-ParlamentEwropew matul id-dibattitu dwar il-politika ta’ koeżjoni fil-fruntieri tal-UE, fir-rwoltagħha bħala kelliema għall-grupp S&D fuqdin l-opinjoni. Hija enfasizzat li hemm bżonn ta’ fondi għall-programmi li jinkorporaw l-edukazzjoni, il-kultura u l-isport, partikoralment għal reġjuni periferali li jistgħu ma jkunux qed jingħataw l-istess opportunitajiet bħal reġjuni oħra.
L-MPE Mizzi qalet li “matul l-aħħar deċennji, il-proċess ta’ integrazzjoni Ewropea għenet lil dawk ir-reġjuni periferjali b’tali mod li jistgħu jimxu ‘l bogħod mill-faqar f’dak li huwa żvilupp ekonomiku, prosperità, u żieda f’opportunitajiet. Il-koperazzjoni territorjali fir-reġuni frunterjali għandha rwol importanti ferm fl-oqsma ta’ riċerka, edukazzjoni, stħarriġ, kultura u ta’ integrazzjoni”. Mizzi kkwotat proġetti transkonfinali bħal INTERREG li ġenwinament għamlu differenza li għen biex ikun hemm bidla pożittiva. Programmi koperattivi kkontribwixxew biex titkabbar l-ekonomija bbażata fuq l-għarfien u biex titjieb l-aċċessibilitàli twassal biex tissaħħaħ l-ekonomija lokali.
Fl-indirizz tagħha hija saħqet li “hemm bżonn li ninkoraġġixxu aktar attivitajiet ekstra-kurrikulari minn etàżgħira; liemainkoraġġiment irrid isir bl-appoġġ tal-proġetti transkonfinali b’hekk inkunu qegħdin nixprunaw il-potenzjal tat-tfal tagħna. Fl-istess waqt inkunu qegħdin nagħtu mbottatura lil dawk ir-reġjuni Ewropej li għadhom m’għelbuxil-faqar.”
L-MPE Mizzi kkonkludiet id-diskors tagħha billi qaletli “dawn il-fondi huma meħtieġa għall-żvilupp ekonomiku, speċjalment fir-reġjuni transkonfinali. Il-fondi ta’ koeżjoni huma essenzjali għall-edukazzjoni u għaż-żgħażagħ tagħna. B’dan il-mod l-UnjoniEwropeatrid taħdem fi spirtu ta’ koperazzjoni f’dan il-qasam biex naraw żvilupp ekonomiku li minnu jista’ jibbenefika kulħadd, b’mod partikolari iċ-ċittadin Malti u Għawdxi”.