Il-Membru Parlamentari Indipendenti Marlene Farrugia se tressaq vot ta’ sfiduċja fil-Parlament fil-konfront taċ-chief of staff tal-Prim Ministru Keith Schembri. Farrugia qalet li se tressaq il-mozzjoni llejla. Aktar kmieni dan ix-xahar ressqet mozzjoni ta’ sfiduċja oħra fil-Ministru Konrad Mizzi, liema mozzjoni m’għaddietx.
F’dawn il-jiem kienu bosta l-allegazzjonijiet li saru minn diversi bnadi, fosthom minn mezzi tax-xandir indipendenti, fil-konfront ta’ Schembri. Huwa xejjen dawn l-allegazzjonijiet b’libelli u passi legali bl-għajnuna tal-avukati tiegħu.