Id-deputat indipendenti Marlene Farrugia hija l-mexxej temporanju tal-Partit Demokratiku li se jkun irreġistrat bħala parti fi żmien li ġej, bid-Deputat Mexxej temporanju huwa Anthony Buttigieg u s-Segretarju Ġenerali temoranju Marco Cremona.
Fi stqarrija ntqal li għal bosta raġunijiet qatt daqs illum ma nħass il-bżonn ta’ vuċi politka ġdida fil-pajjiż.
“Aħna grupp ta’ nies li qed inwieġbu għas-sejħa tal-pajjiż, meta l-għajta issa hija illi żmien it-tribaliżmu u l-Partiti tradizzjonali għadda,” intqal fi stqarrija. Qalu wkoll li wara jirreġistraw bħala partit se ssir sejħa biex min jixtieq isir membru jagħmel dan f’ attivita li se tkun organizzata u m’hemmx ħlas biex wieħed jissieħeb. Eventwalment issir laqgħa ġenerali biex jinħatar kumitat.
“Kif jinħatru l-uffiċjali tal-Partit u jsiru magħrufa l-istess strutturi tal-Partit, tingħata d-data ta’ meta il-Partit Demokratiku, bil-kulur uffiċjali oranġjo, jiġi varat,” qalet l-istqarrija.