Id-deputat Marlene Farrugia, li kienet eletta minn fuq il-lista tal-Partit Nazzjonalista, qalet li għandha tiġi sospiża l-elezzjoni għall-Kap.
Ftit wara li Norman Vella kiteb blog biex iktar membri jivvotaw f’din l-elezzjoni Farrugia qalet li għandi “jiġi emendat l-Istatut biex il-Membri kollha jkunu jistgħu jivvutaw dirett għall-Kap biex jinqatgħu il-klikek.”Iktar minn hekk Marlene Farrugia trid li jiddaħlu membri ġodda u li dawn ikunu jistgħu jivvotaw għall-Kap f’elezzjoni li ssir is-senda d-dieħla u sakemm isir hekk Simon Busuttil jibqa’ caretaker leader.
“ Biex taraw kemm ma jagħmlux sens l-affarijiet kif inhuma , aħna tal-PD li ħriġna għonqna mal-PN fl-aktar żmien diffiċli fl-istorja kontemporanja ta’ pajjiżna, u li saħansitra tlajna fil-Parlament fuq il-lista tal-PN , la nistgħu nikkontestaw ghall-Kap jew pożizzjonijiet oħra, u lanqas nistgħu nivvutaw,” qalet Marlene Farrugia li fl-aħħar ġimgħat iddeskriviet lill-kandidati li hemm huma non starters.
Tant li reġgħet staqsiet: “Taħsbu intom ii xi ħadd mill-erba’ kandidati li ppreżentaw rwieħhom biex ikunu Kap tal-PN/ Oppożizzjoni, ha jagħti lill-pajjiż dak li għandu bżonn fil-mument?”