Wara li l-establishment tal-Partit Nazzjonalista irnexxielu jpoġġi lill-kandidat tiegħu, Bernard Grech bħala kap tal-Partit Nazzjonalista, l-istess partit kien qiegħed f’diskussjonijiet sabiex il-Membru Parlamentari Marlene Farrugia tirriżenja mill-Parlament biex postha jieħdu Ivan Bartolo li kien għadu kif ċeda s-siġġu tiegħu ħalli Bernard Grech jidħol fil-Parlament u jsir Kap tal-Oppożizzjoni.
Irrapportat dan il-gazzetta ‘The Malta Independent on Sunday’ li wriet kif b’Bernard Grech fit-tmun, reġa’ hemm rabta bejn Marlene Farrugia u l-Partit Nazzjonalista li fl-aħħar elezzjoni ġenerali ħadmu flimkien b’dik deskritta bħala l-koalizzjoni ta’ konfużjoni.
L-Independent rrapportat li kieku Farrugia rriżenjat, kien ikun hemm il-bżonn ta’ elezzjoni każwali bejn is-sittax-il kandidat ieħor fl-għaxar distrett, distrett li ma kienx ikkontesta fih Ivan Bartolo. Minflok, il-Partit Nazzjonalista kellu bżonn jikkonvinċi lis-sittax il-kandidat mill-għaxar distrett jirrifjuta li jikkontesta l-elezjoni każwali, sabiex tkun tista’ ssir co-option u b’hekk Bartolo jerġa’ jsib postu fil-Parlament.
Sorsi fil-Partit Nazzjonalista qalu li fil-partit ma setax jintlaħaq qbil biex dawn il-kandidati kollha ma jitħallewx joħorġu ħalli flok Marlene Farrugia jitla’ Ivan Bartolo li qed jippretendi xi ħaġa lura wara li kien minn ta’ quddiem li ħareġ għonqu għal Bernard Grech u ċedielu s-siġġu parlamentari.